Fr Colin Apap u l-Moviment Era Gdida jistiednuk ghal
L-ISFIDA TAL-
EZERCIZZI B’DIFFERENZA 2011
Post: Project Hall, Floriana, (fuq il-lemin tal-HeadQuarters tal-Pulizija)
Ghal Min u Meta:
(1) Zghazagh, Mizzewgin Zghazagh u Koppji Mill-4 sad-9 t’April 2011
(2) u ghal Mizzewgin u Adulti mill-11 – 16 t’April 2011 (fil-gimgha tad-Duluri)
Il-Hin: bejn is-7 u d-9 pm
Ghaliex?
- Ghal dawk li kapaci jaghmlu d-domandi difficli tal-hajja u jafu li jistghu jibqghu bla risposta shiha. Ma jibzghux isaqsu GHALIEX?
- Tfajla universitarja qaltli li ahjar ma niprezentax liz-zghazagh dawn il-mistoqsijiet, id-dubji li l-ezistenza t’Alla ggibilna, li l-Knisja u n-nies tal-Knisja huma, xi mdaqqiet, kontra-xhieda tal-Verita’.
- Nghidu li Alla Jista’ Kollox u Alla Huwa Mhabba - allura fejn ikun dan Alla fit-Tsunami fil-Gappun li qatel tant nies? Fit-theddida nuklejari? Fit-tbatija ta’ nies innocenti fil-Libja?
- Alla ma jafx il-futur li ma jezistix?
- Ghaliex Alla ma jaghmilx miraklu biex iwaqqaf l-isfruttament tal-bniedem mill-bniedem, l-ingustizzja tal-bnedmin bejnietna?
- EZERCIZZI B’DIFFERENZA jghinuk biex tghix il-fidi tieghek bhala ESPERJENZA u mhux ghazla intelettwali biss. Hija ghazla li tghinek issir konxju mill-mod kif Alla jahdem f’hajtek u fil-hajja madwarek.
- EZERCIZZI B’DIFFERENZA huma perikoluzi. Jitolbu mohh miftuh, intelligenza li ggieghlek issaqsi u tiddubita, issaqsi GHALIEX NEMMEN F’ALLA, F’GESU’ KRISTU, FIL-KNISJA?
- Wara dawn id-domandi ser tiskopri jekk il-fidi biss taghtix is-sens lil hajtek?
- Il-fidi taghtik raguni li tghix u raguni li tmut.
Nixtieq nistiednek biex tiffaccja dawn id-domandi iebsin tal-hajja. Biex jghinuk tfittex it-twegiba: Joe Gerada, Catherine Vassallo, it-Tim tar-Radju, Dr Michael Galea, (psychologist), Mariella Swaine (Psychotherapist), Fr Ray Francalanza, Fr Eric Overend, Helen Andrews (Vocalist\guitarist) u X-Tend
Kuntatt:
7999 1459 – 9989 1851 – 7905 0644
www.eragdida.wordpress.com
No comments:
Post a Comment