Showing posts with label Family. Show all posts
Showing posts with label Family. Show all posts

Tuesday 17 May 2011

L-AHHAR 24 SIEGHA MILL-HAJJA TA’ ANNA

 Anna Farrugia , the sister of Fr Colin Apap


Fis-17 ta’ Mejju 2008, fl-istess jum li ccelebrat it-28 sena ta’ l-anniversarju taz-zwieg taghha, ANNA FARRUGIA kienet qed thejji celebrazzjoni ohra bla mistennija. Din hija l-istorja taghha rrakontata min huha stess FR COLIN APAP li mal-familja taghha assistewha fl-ahhar mumenti importanti ta’ hajjitha.


L-AHHAR


24 SIEGHA


MILL-HAJJA


TA’


ANNA


STORJA INKREDIBBLI TA’ FIDI, TAMA U MHABBA


Li kieku kellhom jiktbu kitba li tiddiskrivi int min int fuq il-qabar tieghek, x’jiktbu dwarek? Immagina lilek innifsek fil-qabar u niesek, il-hbieb tieghek jieqfu quddiemek…x’jibdew jghidu fuqek?


Kont nahseb li dan hu ezercizzju tajjeb ghall-“group dynamics” li gieli norganizza ma’ shabi tal-Moviment Era Gdida. Hu ezercizzju li jghinna nsiru iktar konxji min ahna u fejn nixtiequ naslu. Is-sabih ta’ ezercizzju bhal dan huwa li ahna ghadna hajjin u allura dak li nixtiequ li jiktbu fuqna u x’jghidu min jafna quddiem il-qabar taghna, ghadna fil-waqt li naghmluh rejalta’. Iz-zmien li nghixu huwa ISSA u ghadna fiz-zmien li nwettqu dik l-immagni tajba li nixtiequ li haddiehor ikollu fuqna.


ANNA FARRUGIA hija ohti. L-unika tiflaminnfamilja ta’ hamsa. Armla ghal dawn l-ahhar seba’ snin rabbiet lil uliedha FRANCO u MONIQUE fost l-ghozza tan-neputijiet taghha.


L-ikbar xokk ta’ hajjitha haditu meta hekk kif qamet fil-ghodu kmieni ssib lir-ragel taghha mejjet hdejha – miet matul il-lejl. Niftakar tajjeb dak il-hin! Cemplitli tixgher ma tafx xi trid taghmel. Kienu zminijiet difficli.


Min kien jghidilha li ftit snin wara hija stess kellha tghaddi mill-istess qtiegh il-qalb, bizgha u inkwiet li r-ragel taghha TONY kellu jghaddi minnu.


Kont nahseb li ohti ANNA kienet mara normali, bi ftit kuragg, pjuttost dghajjfa! Min qatt kien jghidli li kelli niskopri mara, torri ta’ sahha, determinazzjoni, mimlija valuri u ghazliet li qatt ma kont nobsor li jezistu f’persuna wahda. Jghidu li kif tghix, tmut. Jekk l-ahhar erbgha u ghoxrin siegha tal-hajja ta’ ANNA huma mera tal-mod kif kienet tghix allura verament hawnhekk qed niltaqghu ma’ persuna eccezzjonali fl-ordinarjeta’ ta’ hajjitha. Kienet mara semplici, komuni, bla pretensjonijiet ta’ xejn, mara tad-dar, omm, oht… u ghalliema… ghax qatt hadd ma ghallimni l-lezzjonijiet iebsin tal-hajja daqs kemm ghallmitni hija fl-ahhar 24 siegha ta’ hajjitha.


Sentejn ilu ghamlet operazzjoni ta’ hysterectomy. Zgurawha li sserrah rasha ghax il-cancer li sabulha kien fl-ewwel stadju, fil-bidu nett, bla ebda periklu li jinxtered, b’ebda tissues minsusa.


Tlett xhur ilu biss qalulha li ghandha “cyst”: testijiet, operazzjoni, radiotherapy…Kien il-bidu tat-tmiem, qiesha sentenza tal-mewt.


Minn Mater Dei intbaghtet bl-iktar mod goff u insensittiv,  anetiku, fl-Isptar Boffa fejn sabet kenn ta’ tobba u nurses professjonali. Dawn il-ftit xhur li kont immur kuljum fl-Isptar Boffa skoprejt l-attenzjoni u d-dedikazzjoni tat-tobba u n-nurses mhux biss mal-pazjenti daqskemm mal-familjari wkoll – minkejja l-limiti ovvji li jridu jahdmu fihom.


Is-sitwazzjoni tas-sahha ta’ ohti ANNA bdiet tidher li hi inkontrollabli. Kull intervent mediku beda jkollu konsegwenzi dwar il-kwalita’ tal-hajja li kien inevitabbli li tieqaf il-kura.


Qatt mhi decizjoni facli.


Hija decizjoni iebsa li tfisser li thalli n-natura tiehu l-kors taghha. Fi kliem car u tond: thalli l-pazjenta komda kemm jista’ jkun sakemm jigi l-jum li Alla jsejhilha.


U Anna kienet taf  b’kollox.


Dik il-mara li kont nahseb dghajjfa uriet ruhha ggant ta’ sahha morali li rari iltqajt mieghu. Niltaqa’ ma’ bosta nies f’mumenti difficli u ta’ disperament. Naf kif bosta nies igibu ruhhom quddiem il-mard u quddiem il-mewt. L-ahhar 24 siegha ta’ ohti ANNA kienu episodju wiehed wara l-iehor ta’ kuragg, fibra morali u valuri gholjin li ma tistax takwistahom f’mument imma huma frott ta’ ghazliet ta’ kuljum li persuna tkun ghamlet matul hajjitha.


Anna kienet taf li ser iwaqqfulha l-kura. Kienet taf li dan ifisser li trid taghmel ghazliet cari u tondi. It-tabiba kelmitha dwar “unfinished business”- jekk ghandhiex xi affarijiet li ticcara mal-familjari taghha u hbieb, jekk hemmx xi sitwazzjonijiet li trid tirranga qabel ma tmut.


Staqsejniha jekk tixtieqx tircievi l-Grizma tal-Morda.


“Iva, mela le, irrid li tkunu lkoll hawn mieghi.”


Is-soltu naf familjari li jghiduli tghidulha xejn. Imma Anna mhix hekk. Hi stess talbitna nkunu prezenti mal-Patri Kapuccin li kien iqarbinha kuljum, tmur il-quddies tieghu u tghaddi hin twil titkellem mieghu.


Il-Grizma tal-Morda kienet festa.


“Jekk hemm xi hadd minnkom marid , isejjah il-qassisin biex jitolbu fuqu u jidilkuh biz-zejt…”


Qatt qabel il-Grizma tal-morda ma kellha daqshekk tifsira daqs dak il-mument ta’ trankwillita’.


Staqsejniha jekk hemmx xi haga li hi l-iktar ghal qalbha u li tixtieq thallihielna bhala rigal.


“Nixtieq nghid din it-Talba li ghalija ghandha tifsira kbira.. Nghidha kuljum. Imma l-lum huwa veru difficli biex nghidha. Difficli. Difficli hafna. Imma xorta wahda ser nghidha ghax nemmen fiha…imma difficli…


 


U kulhadd baqa’ mistaghgeb, nahbu d-dmugh taghna meta bdiet tghid bl-iktar mod seren u trankwill, it-Talba ta’ l-Abbandun ta’ Charles de Foucauld, li kienet taf bl-amment:




It-Talba ta’ l-Abbandun ta’ Charles de Foucauld


 

“Mulej f’idejk nintelaq jiena…


 


….difficli din imma xorta wahda nghidha…


Aghmel minni dak li joghgbok…


 


… difficli bhalissa li nghid hekk, imma xorta rrid nghidha…


Nizzikhajr ghal dak kollu li taghmel bija…


 


…. Difficli ghalija imma xorta rrid nghidha…


Jiena lesta ghal kollox, nilqa’ kollox…


Aghmel biss li  r-rieda tieghek issehh fija u fil-hlejjaq kollha tieghek…


Ma nixtieq xejn aktar, Mulej.


F’idejk jien nitlaq ruhi;


Naghtihielek bl-imhabba kollha ta’ qalbi


Ghax jien inhobbok, Mulej.


U ghalhekk inhoss il-htiega li naghti lili nnifsi lileK,


Li nintelaq f’IdejK ghal kollox


U b’kunfidenza bla tarf


Ghax INT Missieri !!


 




Ghajtet liz-zewg uliedha FRANCO u MONIQUE. Quddiem il-familjari kollha, fil-prezenza dejjem marjana tal-patrijiet qaddisa fl-Isptar Boffa, Patri Silvestru u Patri Effie Mallia, verament it-tnejn San Frangisk illum bl-umilta’ u s-servizz kontinwu li jaghtu anki f’cirkustanzi difficli. Mitfugha fis-sodda, qabdet idejn iz-zewg uliedha u staqsithom xi jridu jwieghduha fuq is-sodda tal-mewt taghha. Ilkoll b’idejn marbuta ma’ xulxin, quddiemna lkoll,Francowieghed li


“niehu hsieb ohti, niddefendiha u nghinha f’kull ma jkollha bzonn; inwieghdek, ma, li nibqa’ nhobbha ghal dejjem”.


U Monique, bid-dmugh f’ghajnejha, wieghdet:


“Ma, inwieghdek li nibqa’ nhobb lil Franco ghal dejjem, niehu hsiebu u nghinu f’kull ma jkollu bzonn. Inwieghdek li nibqghu nahdmu flimkien u dak li qed inwieghduk issa ma ninsewh qatt!”


 


Fis-7.30 ta’ fil-ghodu, tas-Sibt, 17 ta’ Mejju, jum l-anniversarju taz-zwieg taghha, iccempilli minnfuq is-sodda ta’ l-Isptar Boffa. Kienet ghada kif baghtitli sms biex tghidli li l-blood transfusion li tawha matul il-lejl kienet kwazi ghalxejn. Kienet qed thossha qed titlef id-demm minn gewwa u d-demm madwarha kien qed ibezzaghha. Talbet lin-nurses biex inaddfuha. “Dal-lejl ghidtilhom biex ma joqghodux icemplulkom biex tigu hdejja; naf li tkunu ghajjenin, jiena ninsab tajba!”.


Is-soltu kienet tghidli li tibza’ wehedha u li nkunu hdejha tghinha taghmel kuragg.


Imma issa sabet il-kuragg gewwa fiha stess.


Kienet kapaci tkun wehedha, tiffaccja wehedha l-marda taghha.


Dik it-telefonata fil-jum li kellha tmut ma ninsiha qatt.


“Minn dal-ghodu l-gurnata tidher kerha. Is-shab iswed u griz juri li gejja maltempata. Mhux normali f’dan iz-zmien tas-sena”.


 


Kellha s-sodda taghha quddiem tieqa li taghti ghall-port il-Kbir. Kienu jidhlu l-cruise liners kbar mimlija turisti jiccelebraw, hemm propju taht it-tieqa taghha. Quddiemha kellha l-bahar ikhal issa jikrieh u jsir iswed imqalleb.Minnnaha l-ohratara l-fortizzi ta’ zmien il-Kavallieri b’Sant’Iermu fejn Alla biss jaf kemm mietu nies. U s-sema kompla jiswied, jintela’ bi shab tqil, maghqud.


“Ninsab fuq is-sodda nhares mit-tieqa. Hemm barra hemm hafna rih. Inhares lejn is-sema u qiesu dlam biss…. Imma ara… ara… minn bejn is-shab iswed qed jidhru r-raggi tax-xemx… raggi li qed idawwlu das-shab iswed… ara, ser inhallik, ser noqghod fil-kwiet ghax dawk ir-raggi bojod mis-shab huma bhas-santa li tajtuni tal-Hniena Divina… id-dawl hiereg minn idejH… se nhallik… irrid noqghod wahdi nirrifletti fuq dan ix-xenarju ta’ quddiemi… Il-Hniena Divina…u d-dawl taghha….”


 


Qatghet it-telefonata u ma smajt xejn izjed.


Siegha wara ccempilli t-tabiba mill-isptar.


“Ejjew ghax ohtok mhix tajba…”


Ma stajtx nifhem.


Kont ghadni kif kellimtha.


X’inqala’ f’daqqa?


Naf li kienu qed jaghtuha borza ohra tad-demm.


Fi ftit hin iltqajna l-familja kollha madwarha, ahwa, zijiet, hbieb….


Kif ratni baqghet mistaghgba.


 


“X’gara? Ghadni kif kont qed inkellmek…Ma kienx hemm ghalfejn tergghu tigu. Inhossni ftit sturduta… imma jekk ituni d-demm forsi nkun ahjar… xi mdaqqiet inhoss il-kamra ddur bija….”


 


Ghandha d-demm baxx hafna”, qalilna t-tabib


 


“Kemm baxx?”…staqsejna


“Hafna…”


 


Kien jaf x’se jigri.


Immaminnbarra kien qiesu kollox normali: titkellem, tidhaq, ticcajta maghna.


Ftit wara, ghalqet ghajnejha u raqdet.


Bdietil-“cruise” li jwassalha fil-Port. Hemmhekk ser issib lill-mama’ Rose, lill-papa’ Tarcisio u l-huhaFrancejilqghuha.