Saturday 28 July 2012

MEGlink – Is-Sibt 14 ta’ Lulju, 2012

MEGlink – Is-Sibt 14 ta’ Lulju, 2012


Fl-ewwel laqgha li kellna wara t-tikfkira tal-25 sena mit-twaqqif tal-Moviment saret evalwazzjoni ta’ kif maret ic-celebrazzjoni.



Fost il-punti pozittivi ta’ l-okkazjoni kien hemm il-fatt li hafna ltaqghu ma’ whud min-nies li maghhom fi zmien ta’ meta kienu jigu inbniet certu hbiberija w imhabba flimkien mat-tifkiriet ta’ x’kien isir li twahhdu fl-atmosfera ta’ ferh u kuntentizza u serenita’ fuq wicc min attenda ghal din it-tifkira. Punti pozittivi ohra kienu jinkludu l-kor Voca li kanta waqt il-quddiesa u zejjen l-bqija tas-serata b’siltiet muzikali, l-omelija eccelenti ta’ l-isqof, l-prezentatur u l-lehen sod tieghu, b’xi waqtiet izellaq xi cajta li libbset l-ucuh bi tbissima,  u r-reception ta’ wara fejn fiha apparti l-gost morali tar-rakkonti ta’ l-imghoddi tpaxxiet z-zaqq ukoll.



Is-sound system li ma hadimx kif suppost u halla hafna jimmaginaw x’jista’ qed jinghad.



Il-laqghat tal-Moviment isiru kull nhar ta’ Tlieta u nhar ta’ Gimgha fi Project House, Floriana. Nhar ta’ Tlieta ssir Quddiesa, li tkun organizzata minn wahda mill-fraternitajiet.



Il-grupp inqasam f’subgroups hekk maghrufa bhala fraternitajiet u kull f’kull fraternita’ fih persuna ta’ referenza jew responsabbli ghall-fraternita’.



Bhalissa hemm erba’ fraternitajiet wahda tal-mizzewwgin u l-tlieta l-ohra tan-Nisa.



Peress li rgiel ma tantx hemm fil-komunita’ shiha, ma tezisti l-ebda fraternita’ ta’ l-irgiel li hafna drabi dawn jinghaqdu ma’ dik tal-mizzewwgin.



Wara l-quddiesa ghal xi nofs siegha il-fraternitajiet imorru ghalihom u jirriflettu fuq il-Kelma t’Alla moqrija fil-Vangelu ta’ waqt il-quddiesa. Ir-riflessjoni ssir strettament permezz ta’ esperjenzi u   ta’ x’Alla qed jghid internament lil-persuna fejn kull membru tal-Komunita’ jghid x’laqtu personali mill-qari ta’ dakinnhar.



Fil-laqghat tal-Gimgha issir s-Centering Prayer fejn kull individwu prezenti jipprova, imma minghajr l-ebda sforz, jidhol fis-centru tieghu hemm fejn jinsab Alla li originah u filwaqt li jsib pozizzjoni fizika komda ma jahseb f’xejn, infisser u nenfasizza, la jitlob, la jahseb, lanqas jirrifletti, imma jintelaq bhal tarbija fi hdan ommha, filwaqt li jkun hieles minn kull rabta ta’ hsieb jew ugiegh.



Is-Centering  Prayer hi maghmula minn erba’ partijiet:

1) Lectio jew qari mill-Bibbja,

2) Meditatio fejn wiehed jirrifletti fuq il-qari u jara x’ jista’ ikun applikat ghall-hajja tieghu,

3) Oratio fejn isir talba bazi tar-riflessjoni li tkun saret, u

4) Contemplatio fejn ghal ghoxrin minuta l-individwu isib pozizzjoni komda, ma jahseb assolutament f’xejn, u minghajr ebda sforz ihalli ‘l Alla ikellmu mill-fond ta’ qalbu. Mill-esperjenza taghna dat-tip ta’ talb halla ‘l-hafna nies fil-paci wara li jkunu ghamluh.



Dan ukoll hu tip ta’ talb ipprattikat minn diversi religjonijiet u ghalhekk hu xhieda ta’ qbil bejniethom jigifieri dik ta’ tfittxija ta’ l-origini taghhom  hemm f’dak il-waqt meta ghalkemm mhux konxju kull individwu mahluq iltaqa’ wicc imb’wicc mal-Hallieq tieghu.



Ghal dawk in-nisa li ma jkunux jistghu jattendu fil-ghaxija. il-Moviment jorganizza laqgha kull nhar ta’ Tlieta fid-9.30 a.m,. fil--General Workers Union, Triq Nofsinhar, Valletta fejn selfuna kamra apposta bl-aircondition.



Il-Moviment, ukoll permezz Marija Cordina kull nhar ta’ Erbgha fis-7 pm  qed ilaqqgha nisa u rgiel separati, romol, u ddivorzjati bl-isem - Kompli B’Hajtek (KBH) fejn tinghata tama lil dawk li ghaddew jew ghadhom ghaddejin mit-trawma tal-firda.



Xi attivitajiet li l-Moviment Era Gdida mistenni jorganizza huma dawn:

17 ta’ Lulju, t-Tlieta, harga ghal Ghawdex.



27 ta’ Lulju, l-Gimgha, – Fl-okkazjoni ta’ l-Anniversarju ta’ l-ewwel quddiesa ta’ Fr. Colin li jahbat fl-20 ta’ Lulju l-Moviment sa jorganizza nhar Gimgha 27 ta’ Lulju sa jorganizza buffet/barbeque fis-Suncrest Hotel ghall-prezz ta’ € 18.



8 t’Awwissu, l-Erbgha, Harga ghall-Kemuna,



24t’ Awwissu, l-Gimgha, harga fil-ghaxija sal-Mellieha ghand Marianna Azzopardi fejn ingibu xi affarijiet ta’ l-ikel u nghaddu



Barra minn dawn l-attivitajiet ta’ fuq bil-hsieb li jsiru Hargiet Kulturali bit-tmexxija ta’ Marija Cordina.



Dawn huma n-nies li tista’ tibghatilhom sms, iccemplilhom jew b’email kemm jista’ jkun malajr.




  • Michael u Maria Borg:  Tel 2744 9558
  • John Ellul: Mob: 7952 5535 Email: joela@maltanet.net
  • Anna Borg (Tuesday Group): Mob: 7926 1196
  • Maria Cordina (Kompli B’Hajtek – KBH group): Mob: 7927 3431
John Ellul (Segretarju)

Rapport Tal-Hidma Ewlenija Matul Is-Sena 2011

RAPPORT TAL-HIDMA EWLENIJA  

MATUL IS-SENA 2011

MILL-MOVIMENT ERA GDIDA

Dawn kienu l-grajjiet ewlenin li wettaqna:




 Laqghat ta’ formazzjoni:





Kull nhar ta’ Tlieta: 9.30 sa nofs inhar GWU premises ghan-Nisa


Kull nhar ta’ Tlieta: 7:00 – 9:00 pm Project Hall, Floriana, ghall-Koppji, Mizzewgin u Zghazagh

Kull nhar ta’ Gimgha: 7:00 – 9:00 pm Project Hall, Floriana, ghall-Grupp ‘Kontemplazzjoni’




KOPPJI ZGHAZAGH





Bdejna l-Fraternita’ tal-Koppji Zghazagh u qed niltaqghu regolarment skont il-bzonnijiet tal-membri.





FRATERNITA’ ROMOL





Bdejna Fraternita’ gdida biex nilhqu lir-Romol.





IRTIRI





Organizzajna diversi irtiri biex inhejju ruhna tajjeb ghall-grajjiet ewlenin liturgici, festi nazzjonali u laqghat ghall-massa (Milied, l-Ghid il-Kbir, Ezercizzi B’Differenza)


F’Marzu 2011 fl-Ambassador Hotel, Xemxija, organizzajna l-Irtir specjali tas-Sena ta’ tlett ijiem.

F’Ottubru 2011 f’San Antonio Hotel, Irtir bi thejjija ghas-sena skolastika




Frate Jacoba





Organizzajna Jum il-Patt bejn il-membri u l-Hbieb f’Dar Frate Jacoba, Wied il-Ghajn, fejn hadna sehem fil-hidma ta’ din il-Komunita’, qaddisna quddiesa u kilna flimkien.





Ezercizzi B’Differenza 2011





F’April 2011 organizzajna gimgha shiha ta’ L-EZERCIZZI B’DIFFERENZA biex nilhqu l-massa ta’ nies (koppji, zghazagh, mizzewgin). Din is-sena kienet l-24 sena li ilna norganizzaw dawn l-Ezercizzi tal-massa. Ghamilnihom f’Project Hall, Floriana (7-9 pm)





Wine & Pizza M'Skala





F’Mejju 2011 organizzajna Wine and Pizza Party, Sala Sant’Anna, Wied il-Ghajn, bhala parti mill-Komunjoni tal-Gid tal-MEG


F’Novembru 2011 Komunjoni tal-Gid f’Marsaskala




BIRTHDAY PARTIES, ANNIVERSARJI etc





Ghal kull Birthday, anniversarju taz-zwieg etc organizzajna turija ta’ aprezzament mhux biss b’birthday cards, imma wkoll b’ikliet apposta, hrug flimkiien etc L-Anniversarju tas-Sacerdozju ta’ Fr Colin ikun kull sena skuza tajba biex nirringrazzjaw lil Alla tar-rigali li jaghtina bhala MEG.





LOGHBA TAL-PARRINI





Anki din is-sena l-Loghba tal-Parrini, matul ix-xahar ta’ Dicembru, 2011, lahqet l-iskop biex inkabbru t-taghrif fuq xulxin u nuru fil-prattika li jimpurtana minn xulxin.


Anna Musat

Responsabbli MEG

Fl-okkazjoni tal-Festa ta' Sant Anna - from John Mifsud

Fl-okkazjoni tal-Festa ta' Sant Anna --from John Mifsud