Showing posts with label 25. Show all posts
Showing posts with label 25. Show all posts

Friday 8 June 2012

F’eghluq il- 25 sena tal-Moviment Era Gdida (1987-2012)

Stedina personali ghalik!


F’eghluq il- 25 sena tal-Moviment Era Gdida   (1987 -  2012)


Bhalma taf din is-sena l-familja taghna tal-Moviment Era Gdida qed ticcelebra s-SILVER ANNIVERSARY ta’ minn meta bdejna din il-Mixja flimkien.


Hamsa u ghoxrin sena mhux ftit. Graw hafna affarijiet li gieghluna nidhqu flimkien, nibku flimkien, nifirhu flimkien u naqtghu qalbna flmkien u noholmu flimkien. Din hija Storja Unika tieghek u taghna fejn nemmnu li Alla li Huwa Mhabba ghaddiena mill-istess Triq biex iwassalna biex niskopru izjed lilna nfusna u nibnu dik ir-rabta li hadd u xejn ma jista’ jnehhiha.


Minkejja t-tbatijiet, anzi minhabba t-tbatijiet, din l-ghaqda bejnietna hi miktuba f’post li hadd u xejn ma jista’ jhassar. Hu propju ghalhekk li qed niktiblek.


Nixtieq nistieden lilek u l-partner tieghek  biex waqt il-Quddiesa ta’ Radd il-Hajr li ser iqaddes l-Ecc. Tieghu Mons Arcisqof ta’ Malta, Pawl Cremona, O.P., inti ser tinghata ‘token’ souvenir tal-okkazjoni. Dan hu li hemm miktub fuqu dwarek:





B’tifkira

F’eghluq il- 25 sena tal-Moviment Era Gdida   (1987 - 2012)


Ktibt ismek fuq ir-ramel


U l-mewġ ħassru


Ktibt ismek fuq il-blat


U ż-żmien ħassru


Ktibt ismek f’qalbi


U  hemm ser jibqa’  għal dejjem




Din it-turija ta’ gratitudni lejk huwa l-mod taghna kif nghidulek GRAZZI ta’ kollox. Ebda zmien ma jista’ jhassar il-memorji li bnejna flimkien.


Ghal din l-okkazjoni specjali ser ikollna lill-Kor VOCA biex jirrokja lill-udjenza. Ser ikunu madwar 40 kantant li huma maghrufa hafna ghas-sehem taghhom f’VOICES. Ser ikunu maghna matul il-programm kollu.


Wara l-ghotja ta’ rikonoxximent lejk ser ikollna xi haga tal-ikel u xorb flimkien.


Post:  Aġenzija Żgħażagħ Annex Casa Leoni St Joseph High Road St Venera SVR 1012 Malta


Hin: 7.00 pm  (seated 6.45 pm)


Naprezzaw hafna li tgharrafna bl-attendenza tieghek biex tghinna nzommulek post rizervat u nizguraw certa ordni u armonija.


Anna Muscat                                                                                            Colin Apap


Responsabbli MEG                                                                               Direttur Spiritwali


Ibghat sms jew cempel:

Anna Muscat  Mob: 99891851  - Landline: 27443469

Email:  annamuscat1704@gmail.com

Fr Colin:  Mob:  7999 14 59 Landline: 2704  2703

Email: nicholas6346@gmail.com

eragdida@gmail.com

Facebook: http://www.facebook.com/colinapap

Website:   http://eragdida.wordpress.com/

http://gloria.tv/?user=38109

http://www.youtube.com/user/eragdida