Friday 17 May 2013

SEJĦA GĦALL-VOLUNTIERI FIL-KENYA

[caption id="attachment_1527" align="aligncenter" width="300"] Photo: http://www.right2smile.org/[/caption]

 

SEJĦA GĦALL-VOLUNTIERI FIL-KENYA


Mill-ahhar gimgha ta’ Awissu (20 ta’ Awissu 2013) sal-ewwel gimgha ta’ Settembru (7 ta’ Settembru 2013 ; jum qabel il-Vitorja) ser isir Proġett ta’ Xogħol volontarju fil-Kenya, l-Afrika. Din hija “hands on experience” għal min qed ifittex il-valur f’kulturi u f’popli differenti mill-Kultura Maltija. Ħafna minna tismagħhom jgħidu “min dejjem kelli x-xewqa li mmur nagħmel xogħol volontarju f’pajjiż li qed jiżviluppa, imma qatt ma kelli ċ-cans li mmur”. Issa għandek l-opportunita’ li twettaq ix-xewqa tiegħek. L-esperjenza li diġa’ ghamilna fin-Niġerja u fl-Albania kienet is-suċċess li kienet grazzi ghall-għajnuna ta’ bosta.


Dan hu l-kontribut tagħna biex inħarsu d-drittijiet tal-Minoranzi u ngħinu biex tinħoloq klima ta’ għarfien tal-valuri ta’ kull persuna – irrispettivament mill-kulur tal-ġilda, orjentament sesswali, reliġjon u kultura. Kull persuna għandha sehemha fil-bini ta’ soċjeta’ ġdida. Propju fid-diversita’ ta’ kull waħda u wieħed minna li s-soċjeta’ tagħmel progress fl-idejat u l-mod kif torganizza lilha nnifisha. Fost il-bosta inizjattivi biex nilħqu din l-unita’ fid-diversita’, qed ninnkuraġixxi inizjattivi mhux biss ta’ edukazzjoni tal-moħħ u l-qalb imma wkoll esperjenzi ta’ ħajja fid-diversita’. Huwa biss meta nagħmlu esperjenza ta’ ħajja ma’ min hu divers li tibda l-isfida prattika biex nitgħallmu minn xulxin. Din il-“hands on experience” ser tgħinna biex niffaċċjaw ir-realta’ ta’ min il-ħajja jgħixha differenti minna, fi klima differenti, b’lingwa differenti, fil-mod ikkulurit li jilbsu, jieklu, jirraġunaw, jemmnu u jgħixu. Wara din l-opportunita’, meta niġu lura, ser nirritornaw b’esperjenza diversa minn dak li konna naħsbu mill-kotba u l-istejjer li nisimgħu. Ser ikollok opportunita’ li taqsam l-esperjenza tiegħek ma’ min jixtieq jibni soċjeta’ maltija diversa, mimlija mogħdrija u għaqda.


Meħtieġa: Team ta’ Tobba u Nurses; Team ta’ Bennejja/Nies tas-Sengħa; Team ta’ Żgħażagħ


Il-Post: Matuu, periferija ta’ Nairobi, Kenya; Djocesi ta’ Embu


L-ispiża: Bl-Egypt Air (Malta-Kajr-Nairobi -Malta) €590 -il persuna; plus ‘donation’ tal-akkomodazzjoni u ikel u insurance


Laqgħat ta’ Tagħrif u Bini tat-Team tal-Volontiera: Kull nhar ta’ Tlieta mis-7 sad-9 pm f’Project Hall, Floriana ,(ma’ ġenb il-HQ tal-Pulizija).


Contact Person: Fr Colin Apap, Moviment Era Ġdida (cempel jew sms 7999 14 59) jew email: nicholas6346@gmail.com










Saturday 4 May 2013

SEJĦA GĦALL-VOLUNTIERI FIL-KENYA


Mis-16 ta’ Lulju 2013 sat-30 ta’ Lulju 2013 ser isir Proġett ta’  Xogħol volontarju fil-Kenya, l-Afrika. Din hija “hands on experience” għal min qed ifittex il-valur f’kulturi u f’popli differenti mill-Kultura Maltija.  Ħafna minna tismagħhom jgħidu “min dejjem kelli x-xewqa li mmur nagħmel xogħol volontarju f’pajjiż li qed jiżviluppa, imma qatt ma kelli ċ-cans li mmur”. Issa għandek l-opportunita’ li twettaq ix-xewqa tiegħek.  L-esperjenza li diġa’ ghamilna fin-Niġerja u fl-Albania kienet is-suċċess li kienet grazzi ghall-għajnuna ta’ bosta.


Dan hu l-kontribut tagħna biex inħarsu d-drittijiet tal-Minoranzi u ngħinu biex tinħoloq klima ta’ għarfien tal-valuri ta’ kull persuna – irrispettivament mill-kulur tal-ġilda, orjentament sesswali, reliġjon u kultura. Kull persuna għandha sehemha fil-bini ta’ soċjeta’ ġdida.   Propju fid-diversita’ ta’ kull waħda u wieħed minna li s-soċjeta’ tagħmel progress fl-idejat u l-mod kif torganizza lilha nnifisha. Fost il-bosta inizjattivi biex nilħqu din l-unita’ fid-diversita’,  qed ninnkuraġixxi inizjattivi mhux biss ta’ edukazzjoni tal-moħħ u l-qalb imma wkoll esperjenzi ta’ ħajja fid-diversita’. Huwa biss meta nagħmlu esperjenza ta’ ħajja ma’ min hu divers li tibda l-isfida prattika biex nitgħallmu minn xulxin. Din il-“hands on experience” ser tgħinna biex niffaċċjaw ir-realta’ ta’ min il-ħajja jgħixha differenti minna, fi klima differenti, b’lingwa differenti, fil-mod ikkulurit li jilbsu, jieklu, jirraġunaw, jemmnu u jgħixu.  Wara din l-opportunita’, meta niġu lura, ser nirritornaw b’esperjenza diversa minn dak li konna naħsbu mill-kotba u l-istejjer li nisimgħu. Ser ikollok opportunita’ li taqsam l-esperjenza tiegħek ma’ min jixtieq jibni soċjeta’ maltija diversa, mimlija mogħdrija u għaqda.


Urġenti: Tibda tiehu t-tilqim meħtieġ


Meħtieġa: Team ta’ Tobba u Nurses; Team ta’ Bennejja/Nies tas-Sengħa; Team ta’ Żgħażagħ


Il-Post: Matuu, periferija ta’ Nairobi, Kenya


L-ispiża: Bl-Egypt Air (Malta-Kajr-Nairobi -Malta) €590  -il persuna; plus ‘donation’ tal-akkomodazzjoni u ikel u insurance


Laqgħat ta’ Tagħrif u Bini tat-Team tal-Volontiera: Kull nhar ta’ Tlieta mis-7 sad-9 pm f’Project Hall, Floriana ,(ma’ ġenb il-HQ tal-Pulizija).  It-Tlieta 14 ta’ Mejju (Trainers’ Meeting)  u l-weekend 17, 18 u 19 ta’ Mejju 2013 (weekend Seminar, M’Xlokk).


Contact Person: Fr Colin Apap, Moviment Era Ġdida (7999 14 59)

Ezercizzi B' Differenza 2013 - Silence


Ezercizzi B' Differenza 2013 - Clip 1