Thursday 27 March 2014

Ezercizzi B’Differenza 2014 ma Fr Colin Apap - 7 -12 April, 7pm - 9 pm, Project Hall - Floriana (hdejn id-Depot tal-Pulizija) Ibghat sms 79991459

Click on image for further details

Carlos of the Free Spirit Drama School @ Ezercizzi B' Differenza 2014


Carlos of the Free Spirit Drama School



Ser jiehdu sehem waqt l-Ezercizzi b'differenza fi Project Hall, Floriana, matul il-gimgha ta' Ezercizzi. 

Ser jiehdu sehem personaggi 'maghzulin' u jaraw xi jfissru ILLUM ghalina. Per ezempju, il-Persunagg ta' Guda: kien hati jew le? Jekk kien hemm miktub li Gesu' kellu jigi ttradut u mibjugh minn xi hadd, x'tort ghandu Guda li kien hu "il-Maghzul" biex jaghmel dan ix-xoghol? Guda kien traditur jew parti mill-Pjan tas-Salvazzjoni.

Personaggi ohra li ser jigu pprezentati huma Xmun, Gwanni, Id-Duluri, Gesu' u ohrajn. 


Tuesday 25 March 2014

L-istorja Wara l-Poster Ezercizzi B’Differenza 2014 b’Marilyn Monroe!

 L-istorja Wara l-Poster Ezercizzi B’Differenza 2014 b’Marilyn Monroe!


Giet tkellimni wahda esperta fil-komunikazzjoni permezz tal-media. Qaltli GRAZZI ghax il-poster tal-Ezercizzi b’Differenza 2014 ghamel impatt fuqha u gejja hija u qed thajjar lil hbiebha biex jattendu huma wkoll. Fost tant pubblicita’ u posters wiehed ma jistenniex li Poster ghall-Ezercizzi Spiritwali tar-Randan igib stampa ta’ Marilyn Monroe ta’ magazine li zammuh. Dan il-poster hareg fl-1953 - wiehed u sittin sena ilu! Marilyn Monroe hi ikona fl-istorja tac-cinema u minkejja s-snin kbar li ghaddew ghadna nitkellmu fuqha.

Tajjeb li nkunu nafu kif origina dan il-Poster.

Kien hemm Direttur Spiritwali f’Kunvent tal-Patrijiet li meta shabu l-patrijiet ghazluh biex imexxi l-Kongregazzjoni Religjuza tieghu, hares madwaru u nduna li fi ftit snin ohra l-Kunvent u l-Kongregazzjoni tieghu ikollha taghlaq.ghax il-vokazzjonijiet kienu ilhom li spiccaw. Irraguna li jkun ghalxejn li jippriedka l-valuri tal-Fundatur meta hadd ma jrid jisma’ bihom u jsegwihom. Mar jaghmel irtir biex jitlob fis-silenzju.

Meta hareg mill-Irtir hass vuci zghira fih: mur ilhaq lil nies li huma mgewwha ghal Alla; li ma jafux b’Gesu’ Kristu; li ma jridux jafu bil-knisja u t-taghlim taghha.

“Fejn nista’ nsibhom u nilhaqhom dawn in-nies?” staqsa lill-Mulej,

Fil-Knejjes? X’xi ghaqda religjuza? Fli study group tal-Bibbja?

L-iktar nies imgewhin ghal Alla huma dawk li qed jippruvaw jimlew il-vojt ta’ hajjithom b’aljenazzjonijiet tal-hajja madwarhom; ifittxu allat foloz biex jimlew il-vojt li jhossu; juzaw is-sess u l-pornografija biex jimlew il-vojt kbir li ghandhom f’hajjithom.

Iddiskuta mal-patrijiet anzjani shabu kif jistghu jaghmlu biex jilhqu lil dawn in-nies li jhossuhom “vojta”. Fejn nistghu nilhquhom? Fejn nistghu nsibuhom? Iddecidew - barra mit-talb, sawm u astinenza - li jibdew kampanja fuq il-media biex jilhqu lil dawk li huma ‘l boghod mill-knisja imma qed ifittxu xi haga jew lil Xi Hadd li Huwa l-Verita’ u l-Hajja!

Warrbu kull publikazzjoni religjuza - u sabu li wiehed mill-modi li jistghu jilhqu n-nies “vojta” minn Alla huwa li jaghmlu kampanja ta’ pubblicita’ dwar il-vokazzjoni taghhom bhala patrijiet. Kien riklam qasir imma effettiv. Ghamluh fil-”Playboy” magazine li kien maghruf li jigbed lin-nies li jhossuhom vojti minn gewwa. Kien riklam ta’ sejha ghal min qed ifittex lil Alla f’hajtu, li ghadu ma sabux, li qatt ma’ ltaqa’ ma’ Gesu’ Kristu ghax qatt ma’ ltaqa ma’ ‘insara’ li, bhal Kristu, jhobbuh u jaccettawh kif inhu.

Dak li kien jghodd wiehed u sittin sena ilu mhux bil-fors jghodd ghal-lum ukoll. Imma r-ragunar warajh ghadu jghodd.

Huma l-morda li ghandhom bzonn it-Tabib.
Huma min qed ifittex li jsib lil Alla, li ma jhossux izjed, li hemm iktar cans li “jikkonvertu”.
Huma dawk li jahsbu li huma “mimlija” b’Alla u l-Knisja li huma l-iktar difficli biex dawn l-Ezercizzi B’differenza 2014 jaghmlu xi diffferenza f’hajjithom.

Nistieden lilek u lil shabek biex tigi inti stess - u tara li dak li kien jghodd wiehed u sittin sena ilu ghadu jghodd illum ukoll.


Ezercizzi B’ Differenza 2014