Thursday, 25 September 2014
Thursday, 24 July 2014
LIFE BEGINS AT 40…. (FR COLIN APAP, jaqsam magħna xi jfissru dawn l-Erbgħin Sena bħala Saċerdot Malti… )
Life begins at 40…allura din is-sena, l-2014, jiena qed niċċelebra l-Ewwel Sena minn ħajti; m’għandix dubbju li hu birthday uniku u speċjali.
Kienu s-27 ta’ Lulju ta’ erbgħin (40) sena ilu meta mitfugħin ma’ l-art, rasna ‘l isfel, ħamsin (50) saċerdot flimkien, ġejna ordnati saċerdoti għal okkażjoni tal-ħamsin (50) sena ta’ l-Arċisqof Mikiel Gonzi bħala Isqof ta’ Malta.
Kienet okkażjoni unika u storika għax konvint li qatt mhu ser tirrepeti oħra bħalha: 50 saċerdot għal 50 sena ta’ Isqof!
Wara tmien (8) snin studji l-Università’ ta’ Malta u s-Seminarju kont naħseb li, kif jgħidu xi wħud, “Introibo ad altare Dei, addio libri miei”. Ix-xhur ta’ qabel is-sajf kienu dejjem marbuta ma’ eżamijiet u eżamijiet - sa minn meta bdejt immur l-iskola primarja, bil-bagalja tal-kartun ikbar minni, fl-Iskola tal-Floriana.
Kont naħseb li wara tant studju, issa nista’ nirrilassa u ngħaddi s-Sajf taħt xi tinda tax-xemx fix-Xemxija jew fuq xi ‘yacht’ ta’ xi ħabib nixxemmex u nsir bħal lobster.
Hekk kif qaddist il-‘prima messa, bdejt studju ieħor, dak tal-hajja, tar-rejalta’. L-eżamijiet f’din l-“università’ tal-ħajja” kienu wisq iżjed diffiċli mill-filosofija u t-teoloġija. L-ewwel ‘eżami’ li kelli kien mal-Moviment ta’ Kana. Biex għallmuni , kienu jagħtuni l-iktar każijiet diffiċli ta’ żwieġ, relazzjonijiet falluti u affarijiet li qabel il-professur tal-morali kien jgħidhomlna minn fuq il-kotba. Il- ħajja hija xi ħaġa oħra. - Altru l-bank tal-iskola u altru l-bank tal-ħajja.
L-ewwel IVA tiegħi lil Alla kienet sabiħa, challenging, b’ħarsa ‘l quddiem ta’ min qed joħlom u jaf li qed joħlom u jaf x’għandu jagħmel biex jilħaq il-quċċata. Imma dan Alla li Huwa Mħabba hu Alla ġeluz - u mhux kuntent bl-ewwel IVA li tajtu. Moħbija wara l-ewwel IVA lil Alla kien hemm katina sħiħa ta’ ġrajjiet li qatt ma bsart li ser ngħaddi minnhom.
Erbgħin sena ta’ ferħ u niket, ta’ ‘suċċess’ u ‘falliment’, ta’ ħbiberiji sinċieri li jibqgħu dejjem f’qalbi u f’moħħi – imma wkoll esperjenzi qarsa tal-hajja bħal tradimenti, ‘back-stabbing’ u ipokresija. Propju bħal kull sejħa oħra tal-hajja: tgħaddi mill-estasi tas-sabiħ u mħabba vera u mill-istallel tal-hajja minn dawk li qatt ma tobsorha li ser jitrattawk hekk.
Illum wara 40 sena saċerdot, inħares lura u nsaqsi jekk għandix nirrepeti IVA oħra ILLUM, fil-‘here and now’, fir-rejalta’ tal-mument preżent. Jgħaddu minn quddiemi purċissjoni ta’ nies u ġrajjiet… u nsaqsi jekk hux ‘worth it’. It-tweġibiet, għalija, mhumiex faċli.
Is-sabiħ tal-ħajja jiddependi mir-relazzjonijiet li nibni matul ħajti. Huma dawn ir-relazzjonijiet li juruni kemm Alla tas-Sorpriżi jkellimni permezz ta’ nies u ċirkustanzi. Dil-purċissjoni ta’ nies mill-Filippini sa Frascati, minn Ruma sa Tirana (Albania), minn Abuja (Nigeria) sa Nairobi (Kenya), minn New York sa Londra…u nirringrazzja lil Alla Li Hu Imħabba għal kull persuna li taghieli b’rigal. Anki, probabbilment iktar, għal dawk li ġegħluni nsofri waqt li qed jaħsbu li qed jagħmlu tajjeb.
Is-saċerdozju, bħal kull sejħa oħra tal-hajja, mhux romantiċiżmu jew pessimiżmu. Kull saċerdot, bħal Kristu, irid jitgħallem jgħix ‘komdu’ fuq is-Salib għax wara s-Salib, u permezz tiegħu, jara z-żerriegħa li tmut li tagħti l-hajja u l-hajja bil-bosta.
Saturday, 5 April 2014
STEDINA GHALL-"SPAZJU SAGRU" Ezercizzi B'Differenza 2014 ma Fr Colin Apap - 7 -12 April @ 7pm
*STEDINA GHALL-"SPAZJU SAGRU" *
Semmew li MARILYN MANROE U SUOR CRISTINA ser jattendu l-Ezercizzi
B'Differenza 2014 li ser jibdew nhar it-Tnejn 7 t'April sas-Sibt 12
t'April, 7-9 pm fi Project House, Floriana, mal-genb tal-HQ tal-Pulizija.
Marilyn Manroe tirraprezenta lil dawk il-Maltin li qed jippruvaw ifittxu
l-felicita' izda qatt ma jsibuha. Suor Cristina tirraprezenta lil dawk
fostna li qed jippruvaw isibu spazju sagru fil-hajja taghhom billi jaghmlu
ghazliet li jhobbu lil kull persuna li tkun quddiemhom.
PS DAWN L-Ezercizzi jistghu jattendu ghalihom dawk li ma jibzghux jistaqsu
.... ghax huma wkoll qed ifittxu l-Verita'.
AUDIO - Promo Ezercizzi B’Differenza 2014 ma Fr Colin Apap - 7 -12 April, 7pm - 9 pm, Project House - Floriana (hdejn id-Depot tal-Pulizija) Ibghat sms 79991459
Ezercizzi B’Differenza 2014 ma Fr Colin Apap - 7 -12 April, 7pm - 9 pm, Project House - Floriana (hdejn id-Depot tal-Pulizija) Ibghat sms 79991459
Thursday, 27 March 2014
Carlos of the Free Spirit Drama School @ Ezercizzi B' Differenza 2014
Ser jiehdu sehem waqt l-Ezercizzi b'differenza fi Project Hall, Floriana, matul il-gimgha ta' Ezercizzi.
Ser jiehdu sehem personaggi 'maghzulin' u jaraw xi jfissru ILLUM ghalina. Per ezempju, il-Persunagg ta' Guda: kien hati jew le? Jekk kien hemm miktub li Gesu' kellu jigi ttradut u mibjugh minn xi hadd, x'tort ghandu Guda li kien hu "il-Maghzul" biex jaghmel dan ix-xoghol? Guda kien traditur jew parti mill-Pjan tas-Salvazzjoni.
Personaggi ohra li ser jigu pprezentati huma Xmun, Gwanni, Id-Duluri, Gesu' u ohrajn.
Tuesday, 25 March 2014
L-istorja Wara l-Poster Ezercizzi B’Differenza 2014 b’Marilyn Monroe!
L-istorja Wara l-Poster Ezercizzi B’Differenza 2014 b’Marilyn
Monroe!
Giet tkellimni wahda esperta fil-komunikazzjoni permezz tal-media.
Qaltli GRAZZI ghax il-poster tal-Ezercizzi b’Differenza 2014 ghamel
impatt fuqha u gejja hija u qed thajjar lil hbiebha biex jattendu
huma wkoll. Fost tant pubblicita’ u posters wiehed ma jistenniex li
Poster ghall-Ezercizzi Spiritwali tar-Randan igib stampa ta’
Marilyn Monroe ta’ magazine li zammuh. Dan il-poster hareg fl-1953
- wiehed u sittin sena ilu! Marilyn Monroe hi ikona fl-istorja
tac-cinema u minkejja s-snin kbar li ghaddew ghadna nitkellmu fuqha.
Tajjeb li nkunu nafu kif origina dan il-Poster.
Kien hemm Direttur Spiritwali f’Kunvent tal-Patrijiet li meta shabu
l-patrijiet ghazluh biex imexxi l-Kongregazzjoni Religjuza tieghu,
hares madwaru u nduna li fi ftit snin ohra l-Kunvent u
l-Kongregazzjoni tieghu ikollha taghlaq.ghax il-vokazzjonijiet kienu
ilhom li spiccaw. Irraguna li jkun ghalxejn li jippriedka l-valuri
tal-Fundatur meta hadd ma jrid jisma’ bihom u jsegwihom. Mar
jaghmel irtir biex jitlob fis-silenzju.
Meta hareg mill-Irtir hass vuci zghira fih: mur ilhaq lil nies li
huma mgewwha ghal Alla; li ma jafux b’Gesu’ Kristu; li ma jridux
jafu bil-knisja u t-taghlim taghha.
“Fejn nista’ nsibhom u nilhaqhom dawn in-nies?” staqsa
lill-Mulej,
Fil-Knejjes? X’xi ghaqda religjuza? Fli study group tal-Bibbja?
L-iktar nies imgewhin ghal Alla huma dawk li qed jippruvaw jimlew
il-vojt ta’ hajjithom b’aljenazzjonijiet tal-hajja madwarhom;
ifittxu allat foloz biex jimlew il-vojt li jhossu; juzaw is-sess u
l-pornografija biex jimlew il-vojt kbir li ghandhom f’hajjithom.
Iddiskuta mal-patrijiet anzjani shabu kif jistghu jaghmlu biex jilhqu
lil dawn in-nies li jhossuhom “vojta”. Fejn nistghu nilhquhom?
Fejn nistghu nsibuhom? Iddecidew - barra mit-talb, sawm u astinenza -
li jibdew kampanja fuq il-media biex jilhqu lil dawk li huma ‘l
boghod mill-knisja imma qed ifittxu xi haga jew lil Xi Hadd li Huwa
l-Verita’ u l-Hajja!
Warrbu kull publikazzjoni religjuza - u sabu li wiehed mill-modi li
jistghu jilhqu n-nies “vojta” minn Alla huwa li jaghmlu kampanja
ta’ pubblicita’ dwar il-vokazzjoni taghhom bhala patrijiet. Kien
riklam qasir imma effettiv. Ghamluh fil-”Playboy” magazine li
kien maghruf li jigbed lin-nies li jhossuhom vojti minn gewwa. Kien
riklam ta’ sejha ghal min qed ifittex lil Alla f’hajtu, li ghadu
ma sabux, li qatt ma’ ltaqa’ ma’ Gesu’ Kristu ghax qatt ma’
ltaqa ma’ ‘insara’ li, bhal Kristu, jhobbuh u jaccettawh kif
inhu.
Dak li kien jghodd wiehed u sittin sena ilu mhux bil-fors jghodd
ghal-lum ukoll. Imma r-ragunar warajh ghadu jghodd.
Huma l-morda li ghandhom bzonn it-Tabib.
Huma min qed ifittex li jsib lil Alla, li ma jhossux izjed, li hemm
iktar cans li “jikkonvertu”.
Huma dawk li jahsbu li huma “mimlija” b’Alla u l-Knisja li huma
l-iktar difficli biex dawn l-Ezercizzi B’differenza 2014 jaghmlu xi
diffferenza f’hajjithom.
Nistieden lilek u lil shabek biex tigi inti stess - u tara li dak li
kien jghodd wiehed u sittin sena ilu ghadu jghodd illum ukoll.
Subscribe to:
Posts (Atom)