Thursday, 8 August 2013
Kenya Mission International 2013
Friday, 17 May 2013
SEJĦA GĦALL-VOLUNTIERI FIL-KENYA
SEJĦA GĦALL-VOLUNTIERI FIL-KENYA
Mill-ahhar gimgha ta’ Awissu (20 ta’ Awissu 2013) sal-ewwel gimgha ta’ Settembru (7 ta’ Settembru 2013 ; jum qabel il-Vitorja) ser isir Proġett ta’ Xogħol volontarju fil-Kenya, l-Afrika. Din hija “hands on experience” għal min qed ifittex il-valur f’kulturi u f’popli differenti mill-Kultura Maltija. Ħafna minna tismagħhom jgħidu “min dejjem kelli x-xewqa li mmur nagħmel xogħol volontarju f’pajjiż li qed jiżviluppa, imma qatt ma kelli ċ-cans li mmur”. Issa għandek l-opportunita’ li twettaq ix-xewqa tiegħek. L-esperjenza li diġa’ ghamilna fin-Niġerja u fl-Albania kienet is-suċċess li kienet grazzi ghall-għajnuna ta’ bosta.
Dan hu l-kontribut tagħna biex inħarsu d-drittijiet tal-Minoranzi u ngħinu biex tinħoloq klima ta’ għarfien tal-valuri ta’ kull persuna – irrispettivament mill-kulur tal-ġilda, orjentament sesswali, reliġjon u kultura. Kull persuna għandha sehemha fil-bini ta’ soċjeta’ ġdida. Propju fid-diversita’ ta’ kull waħda u wieħed minna li s-soċjeta’ tagħmel progress fl-idejat u l-mod kif torganizza lilha nnifisha. Fost il-bosta inizjattivi biex nilħqu din l-unita’ fid-diversita’, qed ninnkuraġixxi inizjattivi mhux biss ta’ edukazzjoni tal-moħħ u l-qalb imma wkoll esperjenzi ta’ ħajja fid-diversita’. Huwa biss meta nagħmlu esperjenza ta’ ħajja ma’ min hu divers li tibda l-isfida prattika biex nitgħallmu minn xulxin. Din il-“hands on experience” ser tgħinna biex niffaċċjaw ir-realta’ ta’ min il-ħajja jgħixha differenti minna, fi klima differenti, b’lingwa differenti, fil-mod ikkulurit li jilbsu, jieklu, jirraġunaw, jemmnu u jgħixu. Wara din l-opportunita’, meta niġu lura, ser nirritornaw b’esperjenza diversa minn dak li konna naħsbu mill-kotba u l-istejjer li nisimgħu. Ser ikollok opportunita’ li taqsam l-esperjenza tiegħek ma’ min jixtieq jibni soċjeta’ maltija diversa, mimlija mogħdrija u għaqda.
Meħtieġa: Team ta’ Tobba u Nurses; Team ta’ Bennejja/Nies tas-Sengħa; Team ta’ Żgħażagħ
Il-Post: Matuu, periferija ta’ Nairobi, Kenya; Djocesi ta’ Embu
L-ispiża: Bl-Egypt Air (Malta-Kajr-Nairobi -Malta) €590 -il persuna; plus ‘donation’ tal-akkomodazzjoni u ikel u insurance
Laqgħat ta’ Tagħrif u Bini tat-Team tal-Volontiera: Kull nhar ta’ Tlieta mis-7 sad-9 pm f’Project Hall, Floriana ,(ma’ ġenb il-HQ tal-Pulizija).
Contact Person: Fr Colin Apap, Moviment Era Ġdida (cempel jew sms 7999 14 59) jew email: nicholas6346@gmail.com
Saturday, 4 May 2013
SEJĦA GĦALL-VOLUNTIERI FIL-KENYA
Mis-16 ta’ Lulju 2013 sat-30 ta’ Lulju 2013 ser isir Proġett ta’ Xogħol volontarju fil-Kenya, l-Afrika. Din hija “hands on experience” għal min qed ifittex il-valur f’kulturi u f’popli differenti mill-Kultura Maltija. Ħafna minna tismagħhom jgħidu “min dejjem kelli x-xewqa li mmur nagħmel xogħol volontarju f’pajjiż li qed jiżviluppa, imma qatt ma kelli ċ-cans li mmur”. Issa għandek l-opportunita’ li twettaq ix-xewqa tiegħek. L-esperjenza li diġa’ ghamilna fin-Niġerja u fl-Albania kienet is-suċċess li kienet grazzi ghall-għajnuna ta’ bosta.
Dan hu l-kontribut tagħna biex inħarsu d-drittijiet tal-Minoranzi u ngħinu biex tinħoloq klima ta’ għarfien tal-valuri ta’ kull persuna – irrispettivament mill-kulur tal-ġilda, orjentament sesswali, reliġjon u kultura. Kull persuna għandha sehemha fil-bini ta’ soċjeta’ ġdida. Propju fid-diversita’ ta’ kull waħda u wieħed minna li s-soċjeta’ tagħmel progress fl-idejat u l-mod kif torganizza lilha nnifisha. Fost il-bosta inizjattivi biex nilħqu din l-unita’ fid-diversita’, qed ninnkuraġixxi inizjattivi mhux biss ta’ edukazzjoni tal-moħħ u l-qalb imma wkoll esperjenzi ta’ ħajja fid-diversita’. Huwa biss meta nagħmlu esperjenza ta’ ħajja ma’ min hu divers li tibda l-isfida prattika biex nitgħallmu minn xulxin. Din il-“hands on experience” ser tgħinna biex niffaċċjaw ir-realta’ ta’ min il-ħajja jgħixha differenti minna, fi klima differenti, b’lingwa differenti, fil-mod ikkulurit li jilbsu, jieklu, jirraġunaw, jemmnu u jgħixu. Wara din l-opportunita’, meta niġu lura, ser nirritornaw b’esperjenza diversa minn dak li konna naħsbu mill-kotba u l-istejjer li nisimgħu. Ser ikollok opportunita’ li taqsam l-esperjenza tiegħek ma’ min jixtieq jibni soċjeta’ maltija diversa, mimlija mogħdrija u għaqda.
Urġenti: Tibda tiehu t-tilqim meħtieġ
Meħtieġa: Team ta’ Tobba u Nurses; Team ta’ Bennejja/Nies tas-Sengħa; Team ta’ Żgħażagħ
Il-Post: Matuu, periferija ta’ Nairobi, Kenya
L-ispiża: Bl-Egypt Air (Malta-Kajr-Nairobi -Malta) €590 -il persuna; plus ‘donation’ tal-akkomodazzjoni u ikel u insurance
Laqgħat ta’ Tagħrif u Bini tat-Team tal-Volontiera: Kull nhar ta’ Tlieta mis-7 sad-9 pm f’Project Hall, Floriana ,(ma’ ġenb il-HQ tal-Pulizija). It-Tlieta 14 ta’ Mejju (Trainers’ Meeting) u l-weekend 17, 18 u 19 ta’ Mejju 2013 (weekend Seminar, M’Xlokk).
Contact Person: Fr Colin Apap, Moviment Era Ġdida (7999 14 59)
Monday, 11 February 2013
Ezercizzi B' Differenza 2013 18-23 March at the Project Hall , Floriana
This year's Ezercizzi B' Differenza will start on Monday 18th March till Saturday 23th March, from 19:00-21:00 at the Project Hall , Floriana
I hope to see you all there !
[youtube=http://youtu.be/MklO_HUpyRk]
Saturday, 9 February 2013
Ezercizzi B' Differenza 2013
Ezercizzi B' Differenza 2013
When : 18 - 23 March
Time : 19:00 - 21:00
Where: Project Hall , Floriana (Near Police Head Quarters)
This year’s Ezercizzi B’ Differenza will start on Monday 18th March till Saturday 23th March.
I hope to see you all there !
Click here to confirm your attendance
Email: nicholas6346@gmail.com
eragdida@gmail.com
Facebook: https://www.facebook.com/colinapapii
https://www.facebook.com/colinapap
Website: http://eragdida.wordpress.com/
http://frcolin.blogspot.com/
http://gloria.tv/?user=38109
http://www.youtube.com/user/eragdida