Thursday, 24 July 2014

LIFE BEGINS AT 40…. (FR COLIN APAP, jaqsam magħna xi jfissru dawn l-Erbgħin Sena bħala Saċerdot Malti… )


Life begins at 40…allura din is-sena, l-2014, jiena qed niċċelebra l-Ewwel Sena minn ħajti; m’għandix dubbju li hu birthday uniku u speċjali. 

Ser ikolli wkoll il-“Quċċija”u l-ġenituri tiegħi, nanniet u razza u radika kollha poġġewli affarijiet reliġjużi biex nimxi fuq idejja u saqajja, nitkaxkar, biex nagħżel xi haga li tleqq, bejn flus, pinna u arloġġi ser nagħżel Kurċifiss jew Kuruna tar-Rużarju!

Kienu s-27 ta’ Lulju ta’ erbgħin (40) sena ilu meta mitfugħin ma’ l-art, rasna ‘l isfel, ħamsin (50) saċerdot flimkien, ġejna ordnati saċerdoti għal okkażjoni tal-ħamsin (50) sena ta’ l-Arċisqof Mikiel Gonzi  bħala Isqof ta’ Malta. 


Kienet okkażjoni unika u storika għax konvint li qatt mhu ser tirrepeti oħra bħalha: 50 saċerdot għal 50 sena ta’ Isqof! 

Wara tmien (8) snin studji l-Università’ ta’ Malta u s-Seminarju kont naħseb li, kif jgħidu xi wħud, “Introibo ad altare Dei, addio libri miei”. Ix-xhur ta’ qabel is-sajf kienu dejjem marbuta ma’ eżamijiet u eżamijiet - sa minn meta bdejt immur l-iskola primarja, bil-bagalja tal-kartun ikbar minni, fl-Iskola tal-Floriana.  

Kont naħseb li wara tant studju,  issa nista’ nirrilassa u ngħaddi s-Sajf taħt xi tinda tax-xemx fix-Xemxija jew fuq xi ‘yacht’ ta’ xi ħabib nixxemmex u nsir bħal lobster.  


Hekk kif qaddist il-‘prima messa,  bdejt studju ieħor, dak tal-hajja, tar-rejalta’. L-eżamijiet f’din l-“università’ tal-ħajja”  kienu wisq iżjed diffiċli mill-filosofija u t-teoloġija. L-ewwel ‘eżami’ li kelli kien mal-Moviment ta’ Kana. Biex għallmuni , kienu jagħtuni l-iktar każijiet diffiċli ta’ żwieġ, relazzjonijiet falluti u affarijiet li qabel il-professur tal-morali kien jgħidhomlna minn fuq il-kotba. Il- ħajja hija xi ħaġa oħra.  - Altru l-bank tal-iskola u altru l-bank tal-ħajja.  

L-ewwel IVA tiegħi lil Alla kienet sabiħa, challenging, b’ħarsa ‘l quddiem ta’ min qed joħlom u jaf li qed joħlom u jaf x’għandu jagħmel biex jilħaq il-quċċata. Imma dan Alla li Huwa Mħabba hu Alla ġeluz -  u mhux kuntent bl-ewwel IVA li tajtu. Moħbija wara l-ewwel IVA lil Alla kien hemm katina sħiħa ta’ ġrajjiet li qatt ma bsart li ser ngħaddi minnhom. 

Erbgħin sena ta’ ferħ u niket, ta’ ‘suċċess’ u ‘falliment’, ta’ ħbiberiji sinċieri li jibqgħu dejjem f’qalbi u f’moħħi – imma wkoll esperjenzi qarsa tal-hajja bħal tradimenti, ‘back-stabbing’ u ipokresija. Propju bħal kull sejħa oħra tal-hajja: tgħaddi mill-estasi tas-sabiħ u mħabba vera u mill-istallel tal-hajja minn dawk li qatt ma tobsorha li ser jitrattawk hekk.  


Illum wara 40 sena saċerdot, inħares lura u nsaqsi jekk għandix nirrepeti IVA oħra ILLUM, fil-‘here and now’, fir-rejalta’ tal-mument preżent.  Jgħaddu minn quddiemi purċissjoni ta’ nies u ġrajjiet… u nsaqsi jekk hux ‘worth it’. It-tweġibiet, għalija, mhumiex faċli.  

Is-sabiħ tal-ħajja jiddependi mir-relazzjonijiet li nibni matul ħajti. Huma dawn ir-relazzjonijiet li juruni kemm Alla tas-Sorpriżi jkellimni permezz ta’ nies u ċirkustanzi. Dil-purċissjoni ta’ nies mill-Filippini sa Frascati, minn Ruma sa Tirana (Albania), minn Abuja (Nigeria) sa Nairobi (Kenya), minn New York sa Londra…u nirringrazzja lil Alla Li Hu Imħabba għal kull persuna li taghieli b’rigal. Anki, probabbilment iktar, għal dawk li ġegħluni nsofri waqt li qed jaħsbu li qed jagħmlu tajjeb.  



Is-saċerdozju, bħal kull sejħa oħra tal-hajja, mhux romantiċiżmu jew pessimiżmu. Kull saċerdot, bħal Kristu, irid jitgħallem jgħix ‘komdu’ fuq is-Salib għax wara s-Salib, u permezz tiegħu, jara z-żerriegħa li tmut li tagħti l-hajja u l-hajja bil-bosta.  

Saturday, 5 April 2014

STEDINA GHALL-"SPAZJU SAGRU" Ezercizzi B'Differenza 2014 ma Fr Colin Apap - 7 -12 April @ 7pm




 *STEDINA GHALL-"SPAZJU SAGRU" *

Semmew li MARILYN MANROE U SUOR CRISTINA ser jattendu l-Ezercizzi
B'Differenza 2014 li ser jibdew nhar it-Tnejn 7 t'April sas-Sibt 12
t'April, 7-9 pm fi Project House, Floriana, mal-genb tal-HQ tal-Pulizija.
Marilyn Manroe tirraprezenta lil dawk il-Maltin li qed jippruvaw ifittxu
l-felicita' izda qatt ma jsibuha. Suor Cristina tirraprezenta lil dawk
fostna li qed jippruvaw isibu spazju sagru fil-hajja taghhom billi jaghmlu
ghazliet li jhobbu lil kull persuna li tkun quddiemhom.

 PS DAWN L-Ezercizzi jistghu jattendu ghalihom dawk li ma jibzghux jistaqsu
.... ghax huma wkoll qed ifittxu l-Verita'.

AUDIO - Promo Ezercizzi B’Differenza 2014 ma Fr Colin Apap - 7 -12 April, 7pm - 9 pm, Project House - Floriana (hdejn id-Depot tal-Pulizija) Ibghat sms 79991459



Ezercizzi B’Differenza 2014 ma Fr Colin Apap - 7 -12 April, 7pm - 9 pm, Project House - Floriana (hdejn id-Depot tal-Pulizija) Ibghat sms 79991459

Thursday, 27 March 2014

Ezercizzi B’Differenza 2014 ma Fr Colin Apap - 7 -12 April, 7pm - 9 pm, Project Hall - Floriana (hdejn id-Depot tal-Pulizija) Ibghat sms 79991459

Click on image for further details

Carlos of the Free Spirit Drama School @ Ezercizzi B' Differenza 2014


Carlos of the Free Spirit Drama School



Ser jiehdu sehem waqt l-Ezercizzi b'differenza fi Project Hall, Floriana, matul il-gimgha ta' Ezercizzi. 

Ser jiehdu sehem personaggi 'maghzulin' u jaraw xi jfissru ILLUM ghalina. Per ezempju, il-Persunagg ta' Guda: kien hati jew le? Jekk kien hemm miktub li Gesu' kellu jigi ttradut u mibjugh minn xi hadd, x'tort ghandu Guda li kien hu "il-Maghzul" biex jaghmel dan ix-xoghol? Guda kien traditur jew parti mill-Pjan tas-Salvazzjoni.

Personaggi ohra li ser jigu pprezentati huma Xmun, Gwanni, Id-Duluri, Gesu' u ohrajn.